Il-Kwistjoni Ta’ Alla Llum

This is the text of a talk given by Father Pius Edwin Sammut to priests and religious in Malta during their Annual Renewal session. It speaks about the issue of God in contemporary society and the impact that this has on the lives of priests.

________________________________________

Dahla

Il-Knisja Maltija ma ghandhiex bzonn biss ta’ pjanijiet pastorali imma wkoll ta’ poezija. U ghalhekk hadt pjacir hafna naqra l-storja simbolika li jirrakonta The Abbot and the Dwarf. (Derek Webster, The Abbot and the Dwarf, St. Paul’s Publications 1992, pp.93-96) Dan il-ktieb jitkellem fuq nanu, in-nanu Gwanni li mibjugh ghal damiggana zghira ta’ mbid fis-suq ta’ ilsira gewwa Korintu lil Likas isib ruhu ikkundannat jikkumdija u jaghmel kuntrabjsi biex idahhak in-nies. Ta’ hmistax il-sena pero’ marad u Likas is-sid tieghu warbu u hallieh hemm marid jitmermer fis-suq – bicca ghodda miksura u bla siwi. Imma l-Abba Silvanu, djaknu tal-Knisja ta’ Kristu gewwa Korintu, li kien ghaddej minn hemmhekk, gabru, ha hsiebu, fejqu u afdah aktar tard lil Abba Nikola.

Darba l-Abba Silvanu – simbolu ta’ Gesu’ Kristu li jsalva lil nanu Gwanni, li ftit jew wisq jixbah lilna bil-karikaturi kollha taghna – gie jzur lid-dixxiplu antik tieghu u qabel ma telaq hallielu tlett rigali, kollha mgezwrin puliti. In-nanu fetahhom qalbu itaqtaq . L-ewwel rigal kienet gebla zghira tad-dezert – kienet toqghod fil-palma ta’ idejh. Kienet mnaddfa u tleqq u kellha toqba skolpita proprju f’nofsha. In-nanu tbissem u qal : “Iva niftakar l-storja li dejjem kien jghidli l-Abba fuq in-nemel li kienu jghixu fi gnien zghir. In-nemel kienu jahdmu u jilghabu, jibnu u jaghzqu, jaghmlu l-gwerra u l-paci, jghixu u jmutu… kollox f’dak l-spazju zghir ta’ dak il-gnien zghir. Nemla wahda biss ma kienetx taghmel dak li jaghmlu l-ohrajn. Ghalhekk staqsewha : “Ghaliex inti tqatta hajtek bilqeghda u thares lejn il-hajt tal-gnien il-gurnata kollha?” In-nemla wiegbet : “Sabiex inkun nista nifhem kif nista’ naghmel toqba f’dan il-hajt biex hekk inkun nista nghaddi mill-hajt halli nara x’hemm ‘l hemm minnu”. Il-messagg hu car : ahna lkoll ahna msejha halli nibdew vjagg li ma ghandux limiti. Ahna lkoll imsejha halli nohorgu mill-medjokrita’ halli nfittxu lil Kristu, il-Mahbub li jigbidna dejjem hdejh. Ma ahniex ikkundannati halli nghixu fl-gheluq tar-rassenjazjoni taghna.

It-tieni rigal kienet skultura helwa ta’ zring zghir. In-nanu dahak ghax ftakar fi storja ohra li kien ihobb jghidlu l-Abba li kien salvalu hajtu : “Kien hemm qabda zringijiet li kienu teologi. Kollha kienu bravi hafna imma ma setghux jaqblu bejniethom fuq n-natura ta’ Alla. Ilkoll kienu jaqblu kieku li l-ghamla tieghu sopranaturali kienet ghamla ta’ zring. Imma xi uhud kienu jsostnu li Hu kellu zewgt irjus u erba’ riglejn, ohrajn li kellu tlett ghajnejn u zewg ilsna u numru zghir li kellu rjus, riglejn, ghajnejn u ilsna bla ghadd”. Il-messagg iva kien car hafna. Alla huwa akbar minn mohhna u meta tipprova tfissru tithawwad : kif tista’ tfisser it-toghma ta’ l-imbid, il-bewsa ta’ tnejn li jinhabbu, l-paci ta’ omm li thaddan lil binha? Kif tista’ idahhal lil Alla f’mohhok? Ahna lkoll msejha halli nimxu fid-dlam u nghixu avventura li ma nifhmuhiex…

It-tielet rigal kienet suffura, mahduma apposta tal-fidda. B’lehen ferriehi, n-nanu Gwanni fakkar lilu nnifsu l-storja li kien jghidlu l-Abba. “Darba kien hemm zewg ghasafar. Wiehed li dejjem kien ghammar fuq sigra wahda staqsa lill-iehor li kien qasam il-bosk kollu : “Kemm nixtieq niltaqgha mar-ruah (ruah hija kelma Lhudija li tista tfisser spirtu). Ili snin shah infittxu – jghidu li l-ruah jzommok dejjem frisk u jimliek bil-hena. Imma ghadni ma sibtux. Nahseb li mhux qieghed hawn; inti qatt rajtu?!” L-ghasfur l-iehor wiegbu hekk : “Inti ga tafu r-ruah. Tiltaqa mieghu kuljum. Hu jzommok dejjem frisk u jgiblek l-hena. Minghajru ma tistax ittir. Hu jgiblek l-ikel fuq mnifsejh. Hu jiffriskak meta tkun shun. Hu jsemmghalek l-muzika l-hin kollu. Il-habib tieghek Ruwah huwa r-rih!” IL-messagg kien car anke din id-darba : ahna qed nghixu ghad-dell ta’ Alla. Ma hemmx ghalfejn imorru l-boghod biex infittxuh u biex insibuh.

“Niftakar”, qal l-nanu Gwanni huwa hu jqieghed dawn it-tlett rigali fuq l-xkaffa (il-gebla, iz-zring u s-suffara tal-fidda), “l-kliem li qalli l-Abba meta gabarni mis-suq nofsi mejjet u hadni d-dar tieghu. Qalli : Kun af ibni li dak li jarmi l-kwiekeb mas-smewwiet, dak li jferra’ l-ilmijiet l-kbar, dak li jpitter s-sbuhija ta’ pagun u jaghti l-ghasfur l-ghanja tieghu, kun af li kien Hu li fl-imhabba tieghu, halqek lilek.”

Xaqt nibda b’din l-storja twila ghax nahseb li tigbor dak kollu li nixtieq naqsam maghkom illum. Il-kwistjoni ta’ Alla llum. Fejn se nfittxuh? Kif se nsibuh? Kif se nibqghu inwassluh? Din mhiex domanda retorika imma hija l-aktar domanda importanti f’hajjietna : kif jiena qassis li qed nghix fl-1993 se naghmel esperjenza ta’ Alla. Bhal ma kien jghid Santu Wistin : Jiena Isqof ghalikom imma Jiena nisrani maghkom. Ghalija li tkun isqof huwa ministeru, servizz li gejt mitlub naghmel imma l-aktar haga importanti hija l-hajja tieghi ta’ nisrani, l-esperjenza tieghi ta’ Gesu’ Kristu, il-konverzjoni tieghi.

Il-gimgha l-ohra kont qed naghmel irtir u l-predikatur tana ezempju helu hafna halli jurina d-differenza bejn ministeri u karizmi u frott ta’ l-Ispirtu s-Santu. Il-frott – jigifieri l-hena, l-imhabba, is-sabar, l-pieta’, l-familjarita’ ma’ Alla, l-qawwa, il-konverzjoni huma frott : marbutin ma’ sigra u jiehdu l-qawwa mis-sigra u huma indikazjoni cara ta’ kemm hi tajba is-sigra. Il-ministeri u l-karizmi huma rigali li qeghdin fuq christmas tree: qeghdin hemmhekk biex jinghataw u jiswew fil-qies li jinghataw – mhux biss biex isebbhu s-sigra – imma ma humiex indikazjoni tal-vitalita’ tas-sigra, tal-hajja u tal-benna tas-sigra fiha nnifisha. Mhux kemm naf nitkellem fuq Gesu’ Kristu li jghodd imma kif nafu.

Ahna fuq dan rridu nitkellmu illum : fuq is-sigra li ahna ahna, fuq l-esperjenza taghna bhala nsara. Irrid nitkellem fuqi. Fuqi bhala bniedem, bhala nisrnai, bhala qassis. Jiena li hafna drabi nsib ruhi mhawwad quddiem it-tbatija, jiena li hafna drabi niddubita u nidhol fi krizi ta’ fidi, Jiena li hafna drabi nhoss li dan Gesu’ Kristu li tant insemmi ma nafux, donnu tbieghed, donnu ma jezistiex aktar, Jiena li nixtieq naghmel it-tajjeb imma hemm ligi ohra gewwa fija li meta rrid naghmel it-tajjeb, ifegg quddiemi l-hazin (Rumani 7). Jiena li hafna drabi inhossni tant vojtminn gewwa u l-kliem tieghi tant bla sens u tigini t-tentazzjoni li narmi kollox ‘l barra, ghax u jekk il-genna ma tezistiex, u jekk dan kollu huwa falz, x’sens ghandha hajti? L-ateismu mhux il-boghod minna. Hafna darbi inhossuh jghajjat gewwa fina.

Presbiteru illum

Naturalment ahna rridu niskopru lil Alla illum fl-1993. Din kellha tkun suppost is-sena tal-ghaqda fl-Ewropa. U tiftah gazzetta u taqra fuq Sarajevo jew fuq Solingen u tixxokja ruhek. Ewropa li ilha tisma’ l-Vangelu snin, sekli, kwazi elfejn sena! F’Malta ta’ llum. Kien fatt importanti hafna f’hajti dan l-Ghid ta’ din is-sena. Waqt li konna qed niccelebraw bis-solennita’ kollha l-passagg mill-mewt ghal hajja ta’ Sidna Gesu’ Kristu, il-passagg mid-dlam tal-lejl ghal-kewkba ta’ filghodu li ma tghib qatt … b’hafna kant, b’hafna sinjali liturgici, b’hafna festa… ftit metri l-boghod minna kien qed jigi maqtul wiehed ragel b’erba’ tiri ta’ revolver. Omm dan ir-ragel, oht dan ir-ragel kienu hemm maghna jiccelebraw … u dan kien mixhut fl-art bid-demm hiereg, mejjet. Il-kuntrast ta’ hajja li tghix Malta illum. Sinjali ta’ tama u ta’ tigdid fuq naha, sinjali ta’ mewt u ta’ tnawwir fuq n-naha l-ohra … ftit metri l-boghod minn xulxin. Hafna kuntrasi hafna drabi fina stess.

Illum meta jitkellmu fuq is-socjeta’ fl-Ewropa, ma ghadhomx jitkellmu fuq modernita’. Fis-sistema tal-modernita’ kien hemm l-konvinzjoni li r-religjon hija zejda, ostaklu ghal-progress uman. L-utopija kienet din: il-progress socjali, il-liberta’, l-gustizzja. Niftakar film Russu li jgiblek dam li nqasmet : u l-film jgiblek fuq naha wahda ta’ l-screen haddiema jahdmu ghalenija halli jikkontrollaw l-ilma u ma jhallux l-hsara tinfirex u fuq n-naha l-ohra ta’ l-screen grupp ta’ nisa xjuh f’ambjent maghluq u mudlam ta’ Knisja ortodossa li jitolbu u jghollu incens halli Alla jaghmel xi haga halli jwaqqaf dak id-disastru. U l-caption taht kienet tghid : min qed jaghmel xi haga ghall-umanita’ : il-haddiema jew ir-religjon?! Illum is-socjeta taghna baqghet disilluza. Il-progress ma taniex dak li weghdna. U allura hemm attegjament aktar pragmatiku. Il-postmodernita’ thossha migbuda ghal dak kollu li hu misterjuz, ‘l hemm mir-raguni, ghal dak kollu li hu esotiku, okkult, oskur. Mhux ta’ b’xejn li s-satanismu, l-maghmul, is-seher, it-talismani qed isiru dejjem aktar popolari hawn Malta.

Minn naha l-ohra minhabba l-flus is-socjeta taghmel stragi shiha ta’ valuri shah. Kont qed naqra li fl-Awstrija kull tfajla ta’ tlettax il-sena tircievi bagalja pulita tal-plastic li fiha l-pillola u ktieb fuq is-sesswalita’. Interessanti x’jghid dan il-ktieb fuq l-omosesswalita’ : jghid li l-omosesswalita’ hija dritt li tifla ta’ tlettax il-sena ghandha ghaliex hija trid taghzel is-sesswalita’ taghha u l-genituri ma jistghux jindahlulha jekk hija trid tkun lesbika. L-istess fuq il-masturbazjoni : domanda tghid hekk : jekk din il-haga hija daqshekk positiva ghaliex ghandna kumplessi ta’ htija wara li naghmluha? Iwiegeb il-manwal: ghaliex ir-religjon ghallmuna hafna tabus, holqot hafna nevrozi… Ir-religjon! Hafna ghanqbut!

Dan qed nghidu ghaliex Malta mhiex gzira u kif jghiduli z-zghazagh fl-Universita’ dawn huma l-idejat li hafna jemmnu fihom. Meta wahda tfajla tkellemt fus-is-sens tat-tbatija fil-vizjoni nisranija, il-professur qalilha b’hafna cinizmu : “Kif, tfajla intelligenti bhalek, ghadek tmmen f’dawn l-affarijiet?!”

Dan kollu lilna jinflwenzana lilna qassisin. Jinflwenzana mhux biss fuq livell ta’ pastorali imma fuq livell ta’ fidi personali. Il-Knisja illum qed twerzaq – skuzawni l-kelma – fuq il-htiega ta’ evangelizzazjoni. Imma mhux evangelizzazjoni ghall-ohrajn imma evangelizzazzjoni ghalija. Meta il-paper “Lejn Knisja matura” li tqassmet lilna bi thejjija ghall-pjan pastorali li jmiss titkellem fuq edukazzjoni ta’ fidi, dan mhux qed jghidu ghall-lajci ‘msieken’ (!) li ma tantx huma midhla tal-Knisja imma lilna qassisin u patrijiet ukoll.

Biex tevangelizza trid tkun evangelizzat inti

Il-Knisja ghandha imhabba enormi lejn il-bniedem. Hija taf li tressaq wiehed halli jiltaqgha ma’ Gesu’ Kristu tfisser tressqu lejn il-hajja ta’ dejjem, lejn il-hajja divina. Mhux l-istess wiehed li sab lil Gesu’ Kristu u iehor li ma sabux. Mhux l-istess tkun fid-dnub il-mejjet jew tkun fil-grazzja ta’ Alla. Mhux l-istess. Mhux l-istess le jekk gewwa fik ghandek il-hajja divina mejta jew inti haj. Jekk inti fi Kristu inti holqien gdid, jekk qieghed fid-dnub inti mejjet, gewwa fik ghandek il-mewt.

Oqghodu attenti minn certu umanezmu li dahal fil-Knisja. U iva, mhux kulhadd tajjeb, u iva ma nesagerawx, u allura mhux kulhadd hu dghajjef…Gesu’ qal: Jiena d-dielja u intom il-frieghi; minghajri ma tistghu taghmlu xejn. Kif fergha jekk mhiex maqghuda mad-dielja ma tathiex frott (ghaliex billi hija maqtugha il-hajja, l-energija tad-dielja ma’ tghaddhiex fil-fergha) hekk kull fergha li ma tatihiex frott se jigi maqtugha, tinxef u wara jaharquha. Kull fergha li ma tathiex frott se tigi maqtugha”. Jigifieri kull wiehed minna li huwa fergha mejta jekk ma jaghtiex frott se jigi maqtugh. U kull fergha li taghti l-frott l-Imghallem jizborha u jnaddafha, Alla se jikkoregieh, se jsaffih, Alla se jghinu halli jaghti aktar frott ghaliex din hi l-glorja ta’ Missieri li tatu l-frott.

Mhux frott taparsi imma frott li jibqa’ ghaliex gej minn Alla. Ghaliex il-frott li jigi minn Alla jibqa’, mhuhiex frott hekk ta’ paroli, quddies, qrar, taghmel katekezi, tohloq gruppi… imma n-nies jibqghu kif inhuma, ma jinbidlu qatt… Imma frott li jibqa’ : konverzjonijiet veri, hajjiet li jinbidlu, zwiegijiet li jinghaqdu, tfal li jitwieldu, risentimenti li jigu mahfura, presbiteri li jsiru qaddisin. Din hi l-katekezi kollha ta’ San Gwann. Kristu qabel ma jmur ghall-passjoni, fid-diskors ta’ l-ahhar cena, jghid : “Din hi l-glorja ta’ Misieri, li intom taghmlu hafna frott u tkunu dixxipli tieghi. Mhux intom ghaziltu lili imma jiena ghazilt lilkom, u htartkom biex tmorru taghmlu l-frott u l-frott taghkom jibqa’, halli kull ma titolbu lill-Missieri f’ismi, huwa jaghtihulkom”. Wiehed ma jistghax jaghmel frott minghajr il-kuntatt vitali ma’ Kristu l-Kyrios, minghajr din l-ghaqda vera u hajja mieghu. Minghajri ma tistghu taghmlu xejn. Mhux ftit, tafux, imma xejn..

Ghalhekk huwa veru li kien qal b’tant kjarezza l-Papa Pawlu VI fl-Evangelica Nuntiandi li biex tevangelizza trid tkun evangelizzat inti. Dak li l-Papa bhalissa qieghed jghid fid-diskorsi tieghu ta’ kull nhar ta’ Erbgha. Bhalissa qed jaghmel katekezi tassew sbieh fuq is-sacerdozju ministerjali. Jekk ma hemmx laqgha vera ma’ Gesu’ Kristu se nbati hafna. Jiena nista’ naghtik erba’ kotba hoxnin hekk fuq il-kiwi sabiex infissrlek il-kulura, it-toghma, d-daqs, is-sigra, l-mod kif tkabbar il-kiwi… imma dan ma jistghax jisostitwixxi l-ahjar mod kif issir taf il-kiwi : intik wahdek u dduqha!

Periklu 1 : servizz ghall-ohrajn

Personalment nibza minn zewg perikoli li jistghu jibblukjawna hafna lilna qassisin u religjuzi f’dan il-process ta’ evangelizzazjoni ghalina nfusna. L-ewwel wahda hija dik li Jiena insejjah id-deformazzjoni professjonali taghna. Ahna nies li gejna ttrenjati halli naghmlu servizz. Naghtu, naghtu, naghtu. Presbiteru huwa dispensator verbi et sacramenti. U hekk nqarru, nqaddsu, nippriedkaw, nahdmu hafna drabi b’ilsienna barra. X’jigri pero’? Jigri li naghmel kollox ghall ohrajn. Insir waiter tajjeb minghajr qatt ma nidhol Jiena fi process ta’ konverzjoni. Ma ninvolvi lili nnifsi qatt Jiena. Nippriedka ghall-ohrajn. Nqarar lill-ohrajn. Nisma’ l-Kelma ta’ Alla halli nara kif nista’ inwassalha ahjar lill-ohrajn. Ara din tajba – nuzaha ghada fil-priedka. Naqra ghall-ohrajn halli jkolli materjal aktar aggornat halli nkun nista’ nolqot aktar nies. Nqaddes ghall-ohrajn. Inkunu rejalisti : kemm ghalina l-quddiesa hija laqgha personali ma’ Gesu’ Kristu? Kemm il-darba Jiena qghadt noqghod naqra l-Kelma ta’ Alla ghall-gost li niltaqa’ mieghU li jhobbni? Kemm jiena lest li nidhol f’komunita’ halli flimkien ma’ lajci jew presbiteri ohra nghix process ta’ konverzjoni? Immur biex niehu u mhux biex naghti?

Wiehed jista jkun turista anke fuq il-Kalvarju! U din hija problema. Dan huwa l-gherq ta’ hafna apatija. Il-krizijiet kollha taghna huma kollha krizijiet ta’ entuzjazmu – meta tonqos il-hegga lejn Gesu’ Kristu kollox isir xoghol u kollox isir tedjanti. Nispicca l-Hadd ghajjien mejjet, nidhol id-dar, ninza s-suttana, nintefa quddiem it-TV – ghall-erwieh, ha nistrieh ftit. U anke jekk forsi hemm xi haga ftit mahmuga… kwazi kwazi inhossni ghandi dritt ghalija… Spiccajt mix-xoghol. Issa ha nistrieh. Waiter.

Familiarity breeds contempt. Nista’ nidra l-laqgha li ghandi kontinwament ma’ Gesu’ Kristu fil-Kelma u fis-sagramenti. Nista’ nohodha bhala bicca xoghol li rrid naghmel. Nista nsir dispensator biss u mhux persuna involuta. Kanal haj tal-grazzja. Servizz ta’ ahbarijiet divini. Meta fl-1841 Dun Gwann Bosco sar presbiteru, ommu Margerita qaltlu : “Issa sirt qassis, issa aktar qrib ta’ Gesu’. Jiena ma qrajtx l-kotba tieghek, imma ftakar li tghid il-quddiesa tfisser tibda tbati” (Ara E’ diventato Don Bosco, Elle Di Ci). X’gherf!

Periklu 2 : Minn religjon ghall-fidi

Problema ohra li nara hija li ahna qed inhawdu l-fidi mar-religjon. Il-paci Kostantinjana u l-ghibien tal-katekumenat dahlu l-ideja falza li l-kristjanezmu hu religjon – il-bniedem imwerwer quddiem grajjiet personali jew komunitarji li ma jifhimx u li ma jistghax jikkontrolla, jipprova jimmanipula lill-Alla favuru : intik tant tjubija jew tant offerti jekk inti tatini tant sahha jew tant paci. Il-kristjanezmu hekk sar ghandu post qaddis, sacerdoti apparti, artal specjali. Divorzju nett bejn hajja profana u l-qaddis. Kollox dominat mill-biza. Fir-religjozita’, il-bniedem ifittex li jinqeda b’Alla b’risq l-ideal tieghu ta’ ferh : hu jrid li t-tifla tieghu tghaddi mill-ezami, li l-annimali tieghu jehxienu, li jkollu hafna flus; u biex jilhaq dawn l-affarjiet jinqeda b’Alla.

Il-valuri importanti huma l-valuri borgizi jew umani, jekk tridu, tas-sahha u tal-kumdita’. Is-sahha kollox, Father! Hekk inhawwdu l-valuri borgizi mal-fidi. Nisrani tajjeb hu ragel onest. Qassis tajjeb hu dak li jaghmel dmiru. U dan mhux veru. Huwa fatt li nahseb li ftit hemm x’tiddiskuti fuqu li l-valuri tal-Malti normali mhumiex valuri insara, mhumiex valuri evangelici. L-importanti ghalih huwa li jissetilja, jikseb c-certifikati mehtiega halli jiggarantixxi futur, ikollu dar tieghu, bizzejjed flus halli jaghmel kapricc, jizzewweg u jkollu zewgt itfal. Ebda missier mhu se jghid lill-ibnu “Ibni, fittex is-saltna t’Alla u kollox jigi moghti lilek; fittex is-sens ta’ hajtek”… imma aktarx jghidlu ” Ibni, studja u stinka halli ma tigi bzonn hadd ghax fil-hajja hadd mhu se jifrixlek is-sodda”. Il-valuri li qed joghlew ‘l fuq huma l-interess fid-dar, ix-xoghol, il-‘do-it-yourself’. Huma kollha valuri materjalistici imbuttati minn irjieh qawwija ta’ konsumismu. Bhall-popli l-ohra ta’ l-Ewropa il-poplu taghna qed jigi sedott mill-vizjoni materjalista gejja mill-Amerika. Mhux ta’ b’xejn il-popolarita’ ta’ dawn is-soft operas – l-ewwel Dallas u Dynasty u issa Marilena u Beautiful.

Minn naha l-ohra l-Malti jhoss ir-religjon tigri f’demmu. Ebda festa mhi komplita jekk ma jkunx hemm xi haga religjuza fiha. Quddiesa ghadu jmur u qrara ghadu jaghmilha. It-tfal kollha jibghathom id-duttrina u itih attakk f’qalbu jekk ibnu ifettilu jissugerixxi li mhux se jizzewweg fil-Knisja. Il-knejjes ghadhom mimlijin u l-festi minflok ma naqsu l-esterjorita’ taghhom zdiedu u zdiedu sewwa. Imma minn naha l-ohra dan il-hafna quddies u tqarbin donnu mhux qed ikollu influss kbir fil-hajja prattika ta’ kuljum. Il-Vangelu hafna ihossuh utopija u mhux prattikabli – “fil-hajja trid titghallem tfendi ghal rasek u tkun taf taqta bi snienek”, jghidulek. Ma hemmx integrazzjoni bejn ir-religjon li jghix u l-hajja prattika ta’ kuljum; minkejja dan jipprova jghixhom it-tnejn.

Kien il-Papa Pawlu VI li b’espressjoni semplici ddeskriva sewwa din is-sitwazzjoni “fil-hajja tan-nisrani illum hemm divorzju bejn religjon u hajja”; it-tnejn jimxu ghal rashom, seperati minn xulxin. X’ghandu x’jaqsam Gesu’ Kristu mal-familja, max-xoghol, mal-politika, mal-football? U anke jekk ma nghiduhiex bil-kliem… x’ghandu x’jaqsam Gesu’ Kristu mal-pastorali?! In-nies affarijiet socjali jridu. Dan ghaliex tisma’ qassis jitkellem fuq ir-radio fuq il-problemi u qatt ma jsemmi lil Gesu’ Kristu?!

X’gara ezattament? Gara li l-magguranza taghna qatt ma gew imdahhla fil-fidi – qatt ma kellna l-opportunita’ naghmlu process serju fejn bil-mod il-mod nigu mdahhla fil-fidi. Sirna adulti fisikament u intelletwalment imma bqajna infantili fil-fidi. Qed jghixu l-fidi fuq livell ta’ religjozita naturali. Biex tkun tajjeb, religjuz, biex titlob, biex taghti l-karita’, biex taghmel dmirek ma hemmx ghalfejn tkun nisrani. Kull pagan tajjeb jaghmilhom dawn l-affarijiet. Hija l-laqgha progressiva ma’ Gesu’ Kristu lil lilna taghmilna insara.

Hafna minna qatt ma kellhom esperjenza vera tal-imhabba gratis ta’ Alla murija fi Kristu Gesu’. Evangelizzazjoni ma tfissirx tirkupra strutturi qodma jew isahhah dawk li qed jitbandlu, imma tati hajja lill-valuri : mhux naccetta d-domma imma nilqa’ Persuna, mhux nosserva ligi imma xewqa li nghix l-imhabba mieghu. Nistaqsi : qatt gejna evangelizzati? Qatt kellna dahla progressiva fil-fidi? Ghaliex dan l-emfazi kollu fuq is-sagrali u s-sagramentalizzazjoni?

Ahbar sabiha

Evangelizazzjoni isimha maghha – tevangelizza tfisser twassal il-Vangelu, twassal ahbar tajba, l -ahbar it-tajba. Il-kristjanezmu jemmen li ghandu twegiba serja u profonda ghall-problemi li jahkmu l-bniedem. L-ahbar hija din : il-bniedem hu mahbub minn Alla. Alla jhobbok. Immens. Hekk kif inti. Bla ma jippretendi xejn minn ghandek. U din l-imhabba mhiex teoriji fl-ajru imma hija persuna. Alla tant jimpurtah mill-bniedem li baghat lill-Ibnu Gesu’ Kristu fid-dinja, sar bniedem halli ikun jista’ jehles lill-bniedem minn dak kollu li lilu qed jghassru u mhux qed ihallih jghix ta’ bniedem. Hu ha fuqu taqbida tremenda u f’gismu rebah il-ghadu tal-bniedem. Dahal fil-mewt u hareg minn hemmhekk rebbieh.

L-ahbar it-tajba hi Gesu’ Kristu li jghajjat lil Lazzru, maghluq gewwa qabar u b’idejh u riglejh infaxxati u b’maktur fuq ghajnejh : Ohrog! U Lazzru johrog. Il-Knisja taf (u din hi l-esperjenza taghna lkoll) li l-bniedem, kull bniedem qed ibati. Qed ibati mhux ghaliex ma ghandux flus bizzejjed jew ghax ghandu vici insopportabbli, jew ghax hu marid, imma ghaliex hu ilsir tal-biza. L-Ittra lil Lhud tpoggija b’mod tassew sabih :minhabba fil-biza tal-mewt, il-bnedmin huma mjassra ghal ghomorhom kollu (Lhud 2.14). Hi din il-biza li lilna tiekolna minn gewwa u ma thalliniex nghixu hielsa u ferhana kif nixtiequ. Hi din il-biza li lilna gghalna ninghalqu fina nfusna u nsiru egoisti ghax igghalna nfendu ghal rasna u nersqu lejn l-ohrajn biss fil-qies li huma ma jeqirduniex. Hi din il-biza li lilna gghalna naharbu f’mitt elf kompromess u f’mitt elf kompensazjoni. Il-bniedem mhux hazin imma hu ilsir. U ilsir ma jistghax jaghmel dak li jrid.

Ghalhekk intervena Alla. Halli jehles il-bniedem mill-biza. U hekk il-bniedem ikun jista’ jghix hieles. Ikun jista’ jhobb. Ikun jista’ jinghaqad mal-iehor anke meta l-iehor ikun qed jeqirdu. Ikun jista’ jibni komunjoni. Il-qawmien ta’ Gesu’ Kristu hi tassew ahbar tajba. Hu qam mill-mewt b’risq taghna hekk li ahna wkoll, hi x’inhi s-sitwazzjoni taghna, nistghu nqumu mill-mewt taghna. U nistghu nghixu ta’ nies mqajma – barra mill-qabar, b’idejna u riglejn mahlula mill-faxex u b’ghajnejna miftuha halli naraw u napprezzaw.

Hekk jidher car li Gesu’ Kristu ma giex biex jghabbina b’aktar ligijiet u b’aktar precetti. Lanqas gie biex jghallimna xi haga aktar fuqu – ma giex biex jitma’ lill-mohh taghna. Lanqas gie halli joqghod iweghdna l-genna jekk noqghodu kwieti u l-infern jekk noqghodu imqarbin. Hu gie biex isalvana, biex jifdina, biex jehlisna.

Hekk fil-qalba tieghu il-kristjanezmu hu messagg ta’ liberta’. Messagg effikaci, jigifieri iwettaq dak li jhabbar. Mhux biss iweghed il-liberta’ imma jaghtiha. Jaghtiha gratis : Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi: u dan mhux bis-sahha taghkom, imma b’don ta’ Alla Efes 2, 8). Jew kif iqeghda il-Papa Pawlu VI fl-Ittra Apostolika Tieghu Evangelii Nuntiandi : is-salvazzjoni hija offerta lill-bnedmin kollha bhala rigal tal-grazzja u tal-hniena ta’ Alla (No. 27).

Alla jurina li jhobbna billi jsalvana mill-mewt. U jsalvana bil-mewt billi jaghtina l-hajja tieghu, l-hajja ta’ dejjem. Kif iwaslilna l-hajja tieghu? Permezz ta’ katekezi u sagramenti. Is-sagramenti jaghtuna l-hajja ta’ Kristu mqajjem mill-mewt. Imma daqskemm naghmlu quddies, daqskemm nippriedkaw ahna… jista’ jghid xi hadd. Veru. Imma min qed jippriedka lili, min qed iqaddes lili? Din di d-domanda. Din hija l-unika rejalta’, l-uniku skop li ghalih tezisti l-Knisja : biex twassal din il-hajja, din il-predikazzjoni, dawn is-sagramenti.

Din hija l-fidi. Laqgha ma’ persuna li ssir fl-Ispirtu. Huwa l-Ispirtu ta’ Kristu li jaghti xhieda lill-ispirtu taghna li ahna ulied Alla u li l-genna tezisti. U li allura kollox ghandu sens. Anke l-ugiegh. Anke t-tbatija. Anke in-non-sens tal-hajja li hafna drabi ifarrakna.

L-ugiegh – l-post privilgjat fejn niltaqgha ma’ Alla

Fejn se nsibu lil Alla? Fejn se nfittxu? Fl-ajru?! Alla ma ghandux karta ta’ identita’. Alla ma ghandux dar. Alla huwa dejjem akbar minn mohhi. Alla qieghed fil-grajjiet. Elie Wiesel jirrakonta l-storja li grat fil-kamp tal-koncentrament tan-Nazi fl-ahhar gwerra. Grupp ta’ Lhud gew imgeghla jaraw wiehed tifel jigi mghallaq. Hafna bdew jitolbu lil Alla halli jehilsu. Xejn ma gara. Imbaghad wiehed infexx jghajjat b’disperazzjoni : “Fejn hu Alla?” U iehor hdejh wiegbu : hemm, qed jigi mghallaq!

Din l-storja ccaqlaqna lilna bhala nsara. Ghaliex ahna nafu dak li gara lil wiehed jismu Gesu’ ta’ Nazaret. Hu gie mdendel fuq ghuda, mishut minn Alla u mwarrab mill-bnedmin. U hu wkoll ghajjat : “Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex tlaqtni?” Anzi skond l-evangelista San Mark dawn kienu l-ahhar kelmiet tieghu. Imma kien hemm eku – eku li gie minn wiehed pagan, ic-Centurjun li qal : “Tassew dan ir-ragel hu Bin Alla” (Mark 15). Hemm kien Alla. Hemm qieghed Alla. Fl-ugiegh. Fuq salib. Din hi c-cavetta. Hu l-aktar post rejali fejn tista’ ssib lil Alla.

Zewg esperjenzi personali. Gewwa l-isptar Boffa. Cempluli biex jghiduli li tfajla ta’ ghoxrin sena, l-unika tifla ta’ mara armla, kienet waslet fl-ahhar. Mort nigri l-isptar. Sibtha mejta. Malli ratni ommha, miskina, bdiet twerzaq u tghajjat. Ta attakk isteriku u bdiet tghajjat : Mhux veru li Alla jezisti. Inti taf, Piju kemm tlatbu. Inti taf kemm xtaqt li binti tghix. Mhux veru le li Alla jezisti. L-unika haga li ghamilt kien li ghafastilha idha u hallejtha tisvoga. Imma f’qalbi niftakar nghid, anke jekk kelli d-dmugh f’ghajnejja, – sewwa qed tghid din il-mara. Dan alla li qieghed hemm biex isefter l-bzonnijiet taghna ma jezistiex. Dan alla li jservi biss ghal din id-dinja ma jezistiex. Jezisti Alla iehor, Alla li dak il-hin kien qed ihaddan lil dik if-tfajla ta’ ghoxrin sena f’dirghajH ghal dejjem.

Ftit xhur wara kont fl-istess ward. Fuq sodda ohra mara ta’ 42 sena kenet qed tmut bil-cancer. Kienet taf. Kienet ilha taf. Kellmet lit-tifel z-zghir ta’ tmien snin u qaltlu li issa hija dalwaqt sejra l-genna u minn hemm se tkompli tiehu hsiebu. It-tifel issummat qaghad jisma’. Kien hemm hafna trankwillita’. U hafna ugiegh. Ferhet hafna meta ratni u qaltli li dalwaqt sejra. Kienet kalma. Meta gie l-kapillan u staqsieha “kif inti?” bi tbissima fl-ugiegh ghax l-cancer kien fl-ghadam qaltlu : “kif inti int?” Intefa jghid l-Lodi. Inzerta – wahda mill-kumbinazjonijiet li Alla biss jaf johloq – li s-salm kien is-salm 42 “Bhalma ghazziela tixxennaq ghan-nixxighat ta’ l-ilma, hekk tixxennaq ruhi ghalik, Alla tieghi. Ruhi ghatxana ghal Alla, ghal Alla l-haj; meta nigi u nara wicc Alla?” Isma’ Licia, qalilha l-kapillan, x’salm hawn illum – hi tbissmet u bdiet tghidu mieghu : Ghaliex tintelaq ruh tieghi u tithawwad gewwa fija? Ittama f’Ala ghax jien nibqa nfahhru, hu l-ghajnuna tieghi u Alla tieghi!” Saghtejn wara kienet qed tara wicc Alla.

Dawn huma fatti li wiehed ma jistax ihassar b’gomma. Qeghdin nghixu fi zmien meta l-lajci f’certu sens jghamlulna hafna hsara ghaliex jippretendu minn ghandna hafna qdusija li gaghlna nilbsu wisq maskli. Role socjali li hafna drabi huwa skomdu wisq. Imma minn naha l-ohra qed jghinuna immens ghaliex qed jipprovokawna halli ma nikkuntentawx bil-medjokrita’. Meta tara fihom tant disponibilta’ ghall-evangelizzazzjoni, tant imhabba lejn Gesu’ Kristu, tant spirtu ta’ sagrificcju, tant ubbidjenza, tant tfittxija tar-rieda ta’ Alla bilfors ikollok thares lejk innifsek u tghid ‘u jiena meta se nikkonverti?!’ …u thares lejH.

Alla dejjem jibqa’ mohbi. Imma jibqa’ dejjem qrib. L-importanti jghid San Gwann tas-Salib, hu li inti ukoll titghallem tistahba mieghu. G hax min irid isib xi haga mohbija irid jinheba u jidhol fil-mohbi huwa ukoll. U meta jsibha ikun mohbi huwa flimkien maghha. Isa, mela ruh sabiha, la taf li fi hdanek jinsab mohbi l-mahbub tieghek, fittex li toqghod mohbija tajjeb mieghu, biex tghannqu fi hdanek u thossu bil-gibda tal-imhabba.

U tiskantax jekk ma tifhmux. Tiskantax jekk thossux. Tkunx, jghidlek il-qaddis, bhala hafna boloh li jahsbu baxx fuq Alla ghax jahsbu li meta ma jifhmuhx jew ma jiggustawhx jew ma jhossuhx Alla jkun aktar ‘il-boghod u aktar mohbi. Il-verita’ hija bil-maqlub. Strofa 1 tal-Kantiku Spiritwali. Dan hu s-sigriet ta’ kollox : hafna intimita’, hafna hin gharkubtejh, hafna hin thares lejH.

Qaddisin godda

F’diskors klassiku li l-Papa ghamel f’Symposium ta’ l-Isqfijiet fl-Ewropa fil-1985 il-Papa tkellem hekk : “ghadna bzonn ta’ habbara tal-vangelu li jagharfu jkunu kontemplattivi namrati ta’ Alla: ghadna bzonn ta’ habbara tal-vangelu li huma esperti fl-umanita’, li jafu l-qalb tal-bniedem ta’ llum sewwa hafna, li jaqsmu mieghu l-ferh, t-tamiet, il-biza’ u n-niket tieghu; ghadna bzonn ta’ qaddisin godda”.

Dan hu possibli jekk

a. nagharfu bis-semplicita’ u bla hafna sensi ta’ htija jew akkuzi vojta fuq il-passat jew prezent taghna, li hafna minna mhumiex evangelizzati bizzejjed; huwa fatt li hafna minna ma ghandhomx esperjenza vera u diretta ta’ Gesu’ Kristu, qatt ma kellhom dahla progresiva fil-fidi. Il-hajja spiritwali taghhom tistrieh fuq certa tjubija naturali u moralizmu. Ghalhekk personalment jiena nifavorixxi u nawgura il-qassisin halli jkollhom kuntatt veru u serju mar-rejaltajiet ekklesjali godda, tip in-neokatekumenat, ghax nemmen li hemmhekk ukoll l-Ispirtu qed jonfoh u minn hemmhekk jista’ jigi rih qawwi ta’ tigdid anke ghalina l-qassisin.

Mhux attegjament profetiku jekk ahna nharsu lejn dawn it-rejaltajiet ekklesjali godda bhala theddida ghall-hajja sacerdotali. Biex tillibera, trid tkun liberu inti.

b. noqghodu il-hin kollu ghassa fuqna nfusna halli ma naljenawx irwiehna fuq problemi sekondarji tip flus, strutturi, proprjeta’, festi, sagramentaliz zazjoni biss … Il-Knisja Maltija aktar mhu qed jghaddi z-zmien aktar qed issir knisja strutturata bil-periklu serju li nahlu wisq zmien fuq dawn l-strutturi u ninsew il-hajja : dar sabiha imma ma hemmx familja hajja! Hadt pjacir naqra fil-paper Lejn Knisja Adulta : Fil-pass li jmiss issa jehtieg immorru lil hinn mill-istrutturi (1.1.3). Mank!

c. nagharfu nghixu halli imbaghad noffru lid-dinja il-Vangelu veru u mhux Vangelu imhallat; fi kliem iehor, inridu nitghallmu nharsu b’kuragg lejna nfusna u ninzghu minn dak kollu li hu dinja. Ninzghu wkoll dak kollu li hu religjozita naturali… Biex insemmi l-ezempju tal-hajja religjuza, l-storja tghallimna li fil-mument li l-hajja religjuza ssir tad-dinja hi tkun bdiet marda li se twassalha ghall-mewt. Ezempju wiehed isemmih l-storiku Robert Southern fuq il-Benedittini fl-Ewropa fil-Zminijiet tan-Nofs : “No one any longer looked at them for new ideas and new forms of spiritual life. Rather they looked to them for stability, pageantry, involvement in the aristocratic life of the upper classes” (Western Society and the Church in the Middle Ages, page 271). Xi haga simili tista (u forsi ga qed tigri) tigri fina jekk ma ngharfux nevangelizzaw lilna nfusna : assimilajna wisq certi valuri borgezi, qed niehdu wisq for granted certi valuri tad-dinja. Jonoqsna l-vizjoni sopranaturali…

d. Hafna illum jahsbu li bhala punt minn fejn ghadna nibdew huwa l-imhabba pastorali li fuqha jitkellem tant tajjeb il-Papa fil-Pastores tibi dabo n.23 : I l-principju intimu tal-qawwa li tahji u tmexxi l-hajja spiritwali tas-sacerdot bhala dak li hu xebh ma’ Kristu, ir-Ras u r-Raghaj, huwa l-imhabba pastorali, bhala partecipazzjoni ta’ I-imhabba pastorali ta’ l-istess Kristu, don moghti b’ id miftuha mill-Ispirtu s-Santu, u wkoll bhala dmir u sejha li jitolbu twegiba hielsa u mpenjativa min-naha tas-sacerdot. Il-kontenut essenzjali ta’ din l-imhabba pastorali hu l-ghoti tieghek innifsek, id-don shih tieghek innifsek lill-Knisja, fuq l-ezempju ta’ Kristu. “L-imhabba pastorali hija dik il-virtu’ li biha nixbhu ‘l Kristu fl-ghoti tieghu nnifsu u fil-qadi tieghu. Mhux biss b’dak li naghmlu, imma wkoll bl-ghoti taghna nfusna, nuru l-imhabba ta’ Kristu ghall-merhla tieghu. L-imhabba pastorali turi kif nahsbu u nagixxu, turi kif ikunu r-relazzjonijiet taghna man-nies. Titlob hafna minna.” Il-hidma pastorali huwa ga ghajn ta’ grazzja ghalina.

e. L-ahhar kelma. L-ispecificita’ taghna bhala nies konsagrati b’risq il-poplu ta’ Alla huwa jekk ahna naghrfu nevangelizzaw minn esperjenza profonda ta’ Alla : ahna bhal Marija u ma’ Marija inridu nitghallmu nzommu kollox f’qalbna. Hu dan il-kuntatt vitali u haj ma’ Alla fit-talb li jista’ jaghtina d-dixxerniment u l-gherf mehtieg halli nifhmu l-bniedem ta’ llum u nimxu mieghu sa’ hdejn Gesu’ Kristu li kapaci jehles. Ix-xoghol taghna huwa li nnehhu l-gebla tal-qabar halli Lazzru ikun jista’ jigi wicc imb’wicc ma’ Gesu’ Kristu. U dan nistghu nghamluh biss jekk inzommu kuntatt vitali u kostanti mieghu. Id-dinja ghandha bzonn ta’ xhieda u mhux ta’ lablaba. Hudu n-nifs dejjem ma’ Kristu u fi Kristu u lil Kristu!, kienu jghidu l-rhieb tad-dezert. (Vita Antonii 91, 3. Fuq dan il-punt ara il-ktieb sabih ta’ G.A. Maloney, Jesus Set me free!, Dimension Books 1977.). Barra minn Alla xejn ma ghandu toghma kien jghid San Gwann tas-Salib. (Il-Pubblikazzjoni Karmelitana Terezjana ghada kif harget erba’ kotba klassici ta’ spiritwalita’ li tajjeb li jkunu f’idejn il-qassisin kollha : Il-Hajja, Triq il-Perfezzjoni u Kastell Gewwieni, Il-Ktieb tal-Fundazzjonijiet ta’ Santa Tereza ta’ Gesu’, u Il-Kantiku Spiritwali ta’ San Gwann tas-Salib.) Dan inridu nghajtu b’hajjietna.

Gheluq

Bdejna bi storja : nispiccaw bi ohra li hadtha mill-ktieb ta’ De Mello, Contact with God, India 1990 pp 65-68

In a village in Bengal there lived a poor widow whose only son had to go to school to a neighbouring village each day. The boy had to traverse a jungle each day to go to school; so he said, “Mother, I’m afraid to go through the jungle alone. Send someone with me.” The mother replied, ‘We are too poor, son, to afford a servant who could accompany you to and from school. Ask your brother Krishna to accompany you to school. He is the Lord of the jungle and he will listen to your prayer.” That is just what the little fellow proceeded to do. He walked up to the jungle next day and called out to his brother Krishna. And the Lord replied, ‘What do you want, son?” Said the boy, ‘Will you come with me to school each day and accompany me back home through this jungle? I’m afraid to go alone.” “Yes,” said the Lord Krishna, “it will give me much pleasure to do that for you”. And so Krishna would wait for his little protege each morning and evening and walk with him through the jungle.

Now when the schoolmaster’s birthday came, all the children were expected to bring him a birthday present. The widow said to her son, ‘We are too poor to afford a birthday present for your master, son. Ask your brother Krishna to give you a present for him.” Krishna gave the boy a jug full of milk and the boy marched proudly to the schoolmaster’s house and placed the jug at his feet together with the many other presents that were laid out there. But the master paid no attention to this humble offering, and after a while the child began to whimper with the spontaneity of children, “Nobody is paying any attention to my present. Nobody is noticing my present…” Until the master said to his servant, “For heavens’ sake take that jug into the kitchen or we shall never hear the end of this complaining.” The servant emptied the contents of the jug into a bowl and was going to return the jug to the boy when, to his amazement, he noticed the jug was filled with milk again. He emptied it again into the large bowl; and it filled up again under his astonished eyes -just like that phial of oil that the widow used for the prophet Elisha. When the master heard of this miracle, he called the boy and said, ‘Where did you get this jug from?’ “Brother Krishna gave it to me,” said the lad. “Brother Krishna? Who is this brother Krishna of yours?” “He is the Lord of the jungle. He accompanies me to and from school each day.”

The master was incredulous. ‘We’re all coming to see this brother Krishna of yours,” he said, and he and the servants and the other students all marched our little boy to the edge of the jungle and said, “Call your brother Krishna. We want to see him.” So the boy began to call to Krishna, “Brother Krishna.. brother Krishna….” But the Lord who had always come so promptly in the past at the sound of his little friend, was silent today. The jungle was silent. All that could be heard was the echo of the boy calling out to his brother Krishna in vain. At last the poor fellow was reduced to tears, “Brother Krishna, please come.” he said. ‘if you don’t come they will not believe me… They’re saying I’m a liar. Do come, brother Krishna”.

Then, at last, he heard the voice of the Lord who said, “Son, I cannot come. The day your master has your childlike faith and your simple, pure heart, I shall come.”

Kull kumment iehor hu zejjed!