Fejn Hu Alla?

An article on one of the challenges which faces every serious Christian: how can one connect a loving God with the real pain which exists in the lives of many. The original inspiration of this article, which appeared in Rivista ta’ Spiritwalita’, came from Does God play a direct role in my life? written by Ramesh Richard, in Decision, January 1995. The title of the article in Maltese is the Biblical : Where is God?

________________________________________

Joan ghadha kif tilfet it-tarbija taghha ta’ sena u nofs. Sabitu mejjet fil-cot. Ftit xhur qabel it-tabib kien qalilhom li zewgha David kellu bidu ta’ cancer. F’qalbha sabet ruhha tghid hafna drabi : “Jaf Alla x’qed jaghmel f’hajti? Jew tassew insiena?” Rose ma tistax dderri. Paul, zewgha, telaq ma’ mara ohra u halla warajh lilha, lit-tliet uliedhom u tnax il-sena zwieg. Mhux l-ewwel darba li thares lejn is-sema u tistaqsi : “Fejn qieghed Alla bhalissa?!” Ga darbtejn Michael kellu jhassar l-gherusija tieghu; jinsab mhawwad fuq il-gejjieni tieghu. Jixtieq kieku li t-tfajla terga tigi lura u hafna drabi jsib ruhu jewhden jekk Alla tassew jimpurtahx minnu.

“Hu jaf sewwa” (Gob 23,10)

Hawn sitt biljuni ta’ nies fid-dinja. U l-ghadd tal-popoluzjoni dejjem jizdied. U hafna huma dawk li jistaqsu kif qatt jista’ Alla jaghti kaz ta’ kull wiehed u wahda minna. Tassew li Alla jimpurtah minna? Tassew Alla jindahal fid-dettalji ta’ hajjietna? Hu hafif tara l-id ta’ Alla meta l-affarijiet imorru kif nixtiequ ahna. Imma hu hafna aktar tqil tara lil Alla meta s-shab ohxon tal-problemi jghattu d-dawl tax-xemx f’hajjitna. “Ghaliex Alla hu daqshekk sieket?” staqsietni Sandra hija u thares lejn bintha qed tmut.

Hawn min isolvi l-problema billi jghid li Alla jiehu hsieb l-problemi kbar tal-hajja imma jhalli id-dettalji f’idejna. Mohhu aktar fil-krizijiet kbar ta’ l-univers milli fic-cekcik taghna ta’ kuljum. Il-Knisja ma temminx dan! Il-Kelma ta’ Alla titkellem car li Alla jaghti kaz ta’ l-icken dettal ta’ hajjietna. Gesù Kristu sahansitra jghid li sax-xaghar ta’ rasna hu maghdud (Mattew 10, 20). L-Alla taghna hu Alla tad-dettalji – ukoll ta’ dawk id-dettalji li ahna ma narawx u ma nifhmux! Lil min jghid li Alla nsieh, il-profeta iwiegeb bi kliem qawwi : “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagha, u ma thennx ghal bin gufha? Imqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt! Ara, naqqaxtek fuq il-keffa ta’ idejja; hitanek dejjem quddiemi” (Izaija 39, 15-16). Alla jaf. Jaf kollox. Jekk joqghod kwiet dan mhux ghax insiek… jew ghax ma jafx x’qed jigri.

“… ghax mieghek Jien!” (Izaija 41, 10)

Imma mhux bizzejjed li Hu jaf. Il-mistoqsija li tberren f’hafna mhuh hi : Fejn qieghed Hu meta l-problemi jahkmuna? Jibqa’ maghna jew jitlaq? Qieghed hemm fuq jew qieghed hawn isfel? Ghaliex ma narahx? Ghaliex ma nhossx il-prsenza tieghu. Ghaliex ma jaghmilx xi haga? Huma domandi veri, hafna drabi hergin minn qlub mugugha. Il-problemi taghna huma tant kbar li johdulna l-orizzont kollu ta’ ghajnejna. Ma naraw xejn aktar fuq ix-xefaq. Naraw lilhom biss. Il-problemi li naraw iwarrbu lil Alla li ma narawx.

Il-Kelma ta’ Alla tigi biex tghina. U Alla ma jqarraqx. Il-hin kollu Alla jserrah mohh il-poplu tieghu li Huwa qieghed hafna qrib taghhom. L-Alla taghna hu Alla storiku. Hu Alla li aktar qieghed fid-dinja milli fis-sema. “Alla stess qal : “Jien m’iniex se nhallik, anqas nitilqek” jistqarr l-awtur ta’ l-Ittra lill-Lhud huwa hu jwiegeb lil dawk li jinsabu inkwetati minhabba n-nuqqas tal-flus quddiem l-gholi tal-hajja (13,5). Ir-ritornell kostanti fl-Iskrittura huwa : “La tibzghax! Ghax Jiena mieghek” jghid Alla lil Izakk (Gen 26,24). “Arani, jien mieghek u nharsek kull fejn tmur, u nerga ngibek f’din l-art, ghax jien ma nitilqekx qabel ma ntemm kull ma ghidtlek”, jghid Alla lil Gakobb (Gen 28,15). “Bhal ma kont ma Mosè, hekk inkun mieghek; ma nhallikx, ma nitilqekx”, jtenni Alla lil Gozwè (1,5). “La tibzax, ghax mieghek Jien! La tithassibx, ghax Alla tieghek Jien! Jien nwettqek, jien nghinek; inwieznek b’leminti tar-rebha tieghi!” ikompli ghid Alla lil Izaija (41,10). U aktar tard jtennilu din il-weghda : “La tibzax, ghax jien fdejtek; jien sejjahtlek b’ismek; inti tieghi. Anke jekk tghaddi mill-ilma, jiena mieghek; anke jekk tghaddi min-nar, ma tinharaqx u l-fjamma ma tibelghekx” (43,2). Mal-poplu kollu Alla jsostni din il-weghdatieghu : “Aghmlu l-hila u qawwu qalbkom; tibzghux u titreghdux quddiem l-ghedewwa taghkom; ghax hu, il-Mulej Alla tieghek, se jimxi mieghek; mhux se jhallik u lanqas jitlqek” (Dewt 31, 6).

Niftakar sewwa l-kliem ta’ Helen. Huha gie maqtul kiesah u biered minn halliel huwa hu jipprova jisraqlu d-deheb mill-hanut l-Awstralja, ftit xhur wara mietet ommha ghal gharrieda, huha handikappat telghalu u waddab borma mishun fuq missierha, missierha billi kien self employed ma setghax imur jahdem sab ruhu bla paga diehla, t-tifel ta’ huha l-iehor dahhal musmar f’idu u ghamel gimghat l-isptar jilghabha bejn hajja u mewt minhabba t-tetnu… dan kollu f’temp ta’ sitt xhur! “Alla kien hemm!” stqarret mieghi. “Alla kien hemm il-hin kollu”. Iva is-skiet ta’ Alla ma jfissirx li hu mhux qieghed hawn. Min qatt habb tassew f’hajtu jaf bizzejjed li xi mindaqqiet is-skiet hu aktar prezzjuz u aktar intimu mill-kliem. Hu presenza aktar qawwija.

“Ghax Hu jahseb fikom” (I Pietru 5,7)

Hu jaf. Hu qieghed hawn. Imma Hu jimpurtah minna? Ghaliex Alla li jaf kollox u li jhobb tant ma jaghmel xejn biex itaffi l-ugiegh? Ghaliex ma joffrilniex soluzjoni li huma hfief, ta’ malajr u bla tbatija? Taghfas buttuna u l-computer jixghel quddiemek. Ghaliex ma hawnx buttuna li ssolvilna l-problemi u d-depressions tal-hajja?!

Alla huwa Missier. Missier tajjeb. Ghax Hu Missier, jimpurtah minnek. Ghazilna sa minn qabel il-holqien tad-dinja (Efes 1,4), gharafna sa ma qabel ma ssawwarna fil-guf (Ger 1,5), imliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali bil-ghan li nimtlew bl-imhabba u bil-qdusija (Efes 1,2-6). Is-salmista kollu skantat jasal biex jghid li “jiemi kollha huma maghduda” u dan sa “minn meta ebda wiehed ma kien ghad hemm” (Salm 139, 16). San Gwann tas-Salib imbellah jistqarr li hemm pre-storja ta’ mhabba (ara Kantiku Spiritwali, dahla – tezisti traduzjoni bil-Malti ta’ dan l-ktieb klassiku ta’ l-ispirtwalità). Alla sahansitra sawwar il-gewwieni ta’ kull wiehed u wahda minna “f’guf ommi inti nsigtni” (Salm 139, 13; ara wkoll Izaija 44,2). Ghalhekk la darba ha din il-battikata kollha biex jaghmilna, zgur li mhux se jitlaqna ghal rihna. Zgur li jiehu hsiebna sewwa. Zgur li jimpurtah! Tant li San Pawl jghid li Kristu “hatfu” (Filippin 3, 12). Jaf jipprovdi ghall-bzonnijiet taghna. Jaf min fejn ghandu jmexxina.

“Jien u nhares lura, nista nifhem il-ghaliex Alla ghaddieni minn certi toroq”, kitbet Annie. “Meta kont immur l-università kont nghir ghal dawk li kellhom l-genituri aktar ghonja minn tieghi ghax hajjithom kienet hafna aktar facli; imma fil-ghaks tghallimt nrazzan lili nnifsi u tghallimt fuq kollox ma naqtghax qalbi. Meta l-ewwel tifel tieghi, James kellu bzonn operazzjoni f’qalbu, tghallimt nistrieh aktar fuq Alla u mhux fuqi. Meta l-operazzjoni irnexxiet, tghallimt irrodd hajr tassew. Meta Eddie, ir-ragel tieghi sab ruhu bla xoghol, ahna lkoll fil-familja ersaqna aktar lejn xulxin u tghallimna niehdu gost b’affarijiet zghar, ilkoll tghalimna naraw il-barka ta’ Alla. Alla ghaginni aktar fil-mumenti tqal milli fil-mumenti hfief.”

Meta kont nara lill-mama tisforza lill-ghajnejha u lill-subghajja halli taghmel r-rakkmu, darba staqsejtha ghaliex ma tuzax magna tal-hjata. “Tbati anqas u tlesti aktar malajr”, ghedtilha. “Iva, veru”, wegbitni ommi, bis-semplicità tipika taghha, “imma imbaghad il-kwadru li naghmel ma jkunx rigal tieghi lill-hutek – ma jkollux l-istess sentimenti ta’ mhabba u pacenzja!” Meta nara kemm huti jghozzu l-kwadri tar-rakkmu li ghamlet il-mama tieghi, nifhem ghaliex Alla jahdem mieghi u ma’ l-ohrajn tant bil-mod u b’tant pacenzja.

“Tliet darbiet tlabt il-Mulej…” (2 Kor 12,8)

Dak li hu importanti fil-mumenti tqal ta’ hajjietna hu li nkomplu nzommu l-kuntatt mieghu. Il-Ktieb tal-Proverbi jaghtina parir : zomm l-ordnijiet ta’ missierek u t-taghlim ta’ ommok marbuta dejjem ma qalbek ghaliex “huma jmexxuk fil-mixi tieghek, iharsuk meta tkun rieqed u ikellmuk meta tqum” (Prov 6, 20-22). Kemm aktar ghandna nzommu “madwar ghonqna” (Prov 6,21) il-pariri ta’ Alla. Huma jmexxuna u jiddefeduna. Dan il-kuntatt ma’ Alla hu l-pedament li fuqu rridu nistriehu l-hin kollu. Ghalhekk is-salmista bir-ragun jitlob : “Triqatek, Mulej, gharrafni, il-moghdijiet tieghek ghallimni. Mexxini fis-sewwa tieghek u ghallimni, ghax int Alla tas-salvazzjoni tieghi” (Salm 25, 4-5).

U fit-talb Hu jghalimmna. Jghallima bil mod il-mod il-gherf tieghu. Jurina li jekk Hu ma jinterveniex meta u kif irridu ahna, mhuwiex ghaliex Hu ma jimpurtahx minna, imma ghaliex iridna ninkwetaw fuq l-affarijiet li huma ta’ min jinkwieta fuqhom! Ma hemm xejn hazin li ahna bhal Pawlu nitolbu “tliet darbiet” halli l-Mulej iwarrab minn fuqna “ix-xewka f’gismi”. Pawlu ma kellu ebda dubju li Alla seta’ jsolvilu l-problema. Imma Pawlu fehem li Alla hu aktar bravu minnu u kien kuntent bit-twegiba li ha minghand Alla : Alla ma nehhilux x-xewka imma urieh li hi mehtiega ghalih “halli ma jintefahx”. Alla ma jiskruplax jkun iebes maghna halli jghallimna xi lezzjoni li ghandna bzon nitghallmu. Mhuwiex missier nevrotiku!!

Ma nafx jiena, imma hafna drabi nsib ruhi nistaqsi ghaliex nohduha daqshekk bi kbira meta Alla ma jaghtiniex dak li ahna nitolbuh. Hawn l-Canada u l-Amerika huma poplari hafna l-MacDonald – tmur, tordna u jaghtuk b’heffa li tghaggbek l-hambuger u c-chips li tordna. Fast food, isejhulhom. Xi mindaqqiet nisthajjel li ghamilna mill-kristajanezmu taghna MacDonald iehor. L-importanti hu li tinqeda. Malajr u bla hafna paroli. Ahna nafu x’ghandna bzonn u niddetaw lil Alla x’ghandu jaghtina. Ghamilna minn Gesù Kristu mezz : nuzawh kif jaqblilna u meta jaqblilna. Forsi hafna mid-dwejjaq taghna jonqos kieku nieqfu nharsu lejn Alla bhala waiter li qieghed hemm halli jaqdi dak li ahna nistennew mill-hajja. Hu aktar bravu minnu. Hu jaghtina dejjem mhux dak li rridu ahna imma dak li ghandna bzonn!

Alla ghandu pjan fit-tul. Ghandu strategija. Hu jixtieq u qed jahdem halli jaghmilna “qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba”. Hu “iddestinana li nkunu ghalih ulied adottivi…” (Efesin 1, 4-5). Ghalhekk Alla jaqbad ic-cirkostanzi tal-hajja u jdawwarhom halli jilhaq dan l-skop. Ovvjament ahna nistghu nirreziztu u nimxu ghal rasna. Imma Alla jkompli jsus warjna. Ma jaqtghax qalbu malajr! (Mn’alla!!) Ikompli jahdem f’kollox id f’id maghna ghall-gid taghna (Rum 8,28). Trid tkun Alla biex taghmel dan. Jekk jibqa’ sieket ma jfissirx li Hu dghajjef imma jfisser biss li ghandu pjanijiet ohra, pjaniet isbah!

Aqra ftit l-istorja ta’ Guzeppi (Genesi 37-50). Hutu ma jahmluhx u jippruvaw joqtluh, mara takkuzah li ried jabbuza maghha u jispicca l-habs ghal snin u snin fuq akkuza bla bazi, jipprova jghin u hbiebu jinsewh…. Stragi fuq stragi. Fl-ahhar jistqarr ma’ hutu : “Jekk intom gibtuli fuqi d-deni, Alla biddlu fil-gid!!” (50,22). Aqra ftit l-storja ta’ Naghomi fil-ktieb ta’ Rut. Ikollha temigra fl-art ta’ Mowab. Hemmhekk imutilha zewgha u imbaghad f’anqas minn ghaxar snin l-unici zewgt itfal li kellha. Imma Alla kellu pjan ta’ salvazzjoni kemm ghaliha kif ukoll ghalina. Kieku ma garax hekk, kieku Rut, il-mara ta’ wiehed minn uliedha, qatt ma kienet tiltaqa’ ma Boghaz u qatt ma kien jitwieled David (Rut hi l-buznanna ta’ David). Aqra l-storja ta’ Stiefnu, l-ewwel martri tal-Knisja. Spicca mhaggar, mimli demm – imma forsi kieku ma kienx hekk, kieku Sawlu qatt ma kien isir Pawlu… u ahna hawn Malta ma konniex nircievu l-fidi daqshekk malajr.

Iva hafna drabi Hu sieket. Imma s-skiet tieghu ma jfissirx li Hu ma jafx jew mhux qieghed hawn jew ma jimpurtahx…

Ghad jasal jum meta ahna lkoll ghad nghidu kollha mbellhin : “Aa! Mela ghalhekk gara dak li gara! Issa qed nifhem!!” U dak in-nhar ninzlu gharkubtejna quddiem dan Alla li jista kollox u li jhobb daqstant u nindunaw li kien Hu li ppermetta l-ugiegh u kien Hu li mexxa ‘l quddiem it-tajjeb f’hajjietna u nindunaw li kien Hu li kien qed imexxi kollox ghall-aqwa gid taghna u ta’ dawk li ahna nhobbu. Dak in-nhar nghidulu grazzi! (1)

Footnote :

1. Jekk ghandek ftit tal-hin, aqbad l-Bibbja sib post ghal-kwiet u sib it-twegiba minghandu ghal dawn il-mistoqsijiet li hafna drabi jberrnu f’mohhna. Skrutinja l-ewwel salm 139, 1-18.23-24. Imbaghad aqra Luqa 12, 22-31 u ieqaf ftit, hares lejH u tbissimlU. Imbaghad ikteb fuq bicca karta Rum 8,26-27 u zommha fil-but halli tiftakarha sewwa. San Pawl fl-Ittra lil Galatin (5,25) jaghtina dan il-parir : “Jekk nghixu fl-Ispirtu, halli nimxu fl-ispirtu”. Biex timxi trid bilfors taghmel pass wara pass. Ahna ma nistghux naraw fil-boghod. Naghmlu l-ewwel pass. Wara kollox Gesù se jimxi maghna dan il-vjagg. Kuragg u itlob ghalija.