Sir Kollak Nar

It-Talb fil-Hajja tal-Irhieb Tad-Dezert

Patri Piju Sammut, Terezjan

________________________________________

Titkellem fuq it-talb fil-hajja tal-patrijiet tad-dezert tfisser pratikament titkellem fuq il-hajja taghhom. Ghaliex it-talb ghalihom mhuhiex parti mill-hajja taghhom imma hajjithom kollha kemm hi. “Ix-xoghol tal-patri huwa li jahraq l-injam”, stqarr wiehed anzjan (1) – jigifieri x-xoghol tieghu huwa li jinqeda minn kull okkazjoni halli jixghel f’qalbu bl-imhabba ta’ Alla. Kollox jghodd, jekk wiehed joqghod ghassa, halli jitma’ n-nar – kemm il-kuntrarjetajiet tal-hajja kif ukoll is-sodisfazzjonijiet ta’ kuljum.

Arma Qawwija Fit-Taqbida

Mhux facli titlob. Anzi, meta staqsew lill-Abba Agatone, missier fil-hajja spiritwali, liema virtu jahtigielha l-aktar tahbit, hu wegibhom : “Ahfruli imma nahseb li ma hemmx tahbit akbar milli titlob lill-Alla. Difatti meta l-bniedem irid jitlob, l-eghdewwa jaghmlu minn kollox biex ifixkluh, ghaliex jafu bizzejjed li ma hemmx haga ohra li lilhom tghamlilhom hsara daqs it-talb. Kull ghemil li jaghmel l-bniedem jekk jippersevera fih iwasslu ghall-mistrieh. Bil-maqlub fit-talb wiehed irid jissielet sa’ l-ahhar nifs” (2).

Ghaliex hu daqshekk tqil titlob? Il-twegiba tal-patrijiet hija tassew interessanti. Huma jaraw il-hajja tan-nisrani bhala taqbida kontra l-ghadu kbir taghna, ix-xitan. Il-patri huwa l-atleta li jrid jitghallem jissielet. Id-dinja qeghda f’idejn il-makakk li jaf jixghel il-passjonijiet tal-bniedem u jgghalu jaqa’ l-hin kollu fid-dnub. L-aqwa arma li ghandu n-nisrani hija t-talb. Ix-xjaten jafu sewwa l-qawwa ta’ din l-arma. Jibzghu mit-talb daqs il-bard. Ghalhekk huma jaghmlu minn kollox biex iwaqqfu l-patri milli jitlob. Jivvintaw kull skuza u jpoggu kull impediment possibli.

“Min jitlob u jishar jahraq ix-xitan – imma min hu distratt isir il-pupu tieghu!” (3) Wiehed anzjan li gie moghti d-don li jara anke l-affarijiet invisibbli, stqarr, “rajt wiehed mill-ahwa li kien qed jimmedita fic-cella – u ara x-xitan kien qieghed barra mic-cella. Waqt li dan kien qed jitlob, ix-xitan ma kienx jirnexxielu jidhol – imma malli waqaf jitlob, x-xitan dahal u qajjimlu gwerra.” (4)

Biex jtennu l-qawwa ta’ din l-arma li tnezza’ x-xitan minn kull qawwa, l-irhieb jirrakuntaw storja li tista tixxokja lill-widnejn moderni taghna! Meta Guljanu l-Apostata (331-363) nizel il-Persja, huwa baghat xitan b’messagg. Imma meta dan ix-xitan gie biex jaqsam hdejn post fejn kien jghammar wiehed patri, baqa’ hemm bla ma jiccaqlaq ghal ghaxar t’ijiem. Kien ibblukat! Ma setghax ikompli miexi fil-vjagg tieghu ghaliex dan il-patri ma’ waqafx jitlob lejl u nhar. Ghalhekk kellu jmur lura b’idejh vojta. Meta l-imperatur staqsieh x’gara, dan qallu l-verita’ u kif it-talb tal-patri waqfu milli jkompli! (5) Daqshekk hija qawwija l-arma tat-talb…

Il-patrijiet tad-dezert fehmu tajjeb li t-talb mhuhiex xi devozjoni sentimentali li ssahhan il-gewwieni taghhom. It-talb huwa taqbida. Ma hemm ebda qaghda fil-hajja tal-bniedem li ghandha tfixkel il-hajja tat-talb. Lanqas il-mard. (6)

Itolbu Bla Heda

Punt fiss fl-ispiritwalita tal-rhieb tad-dezert kien x’ghandhom jaghmlu halli jobdu lil San Pawl li fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonikin wissa lill-insara halli jitolbu bla waqfien (7). Huma jaraw car li biex wiehed nisrani ikun jista jghix fis-sliem u hieni hemm bzonn li jitghallem jitlob mhux biss billi jiehu sehem fil-Liturgija tas-Sighat li taqsam b’certu r-ritmu l-gurnata, imma hemm bzonn li jimla’ wkoll l-ispazzji kollha tal-gurnata. Meta tkun wahdek, meta tkun man-nies, meta tkun qed tiekol, meta tkun qed tahdem, sahansitra meta tkun rieqed!

Patri resaq lejn l-Abba Lot u staqsieh. “Abba, jiena naghmel kif nista’ l-liturgija kollha, nsum wkoll, nitlob, nimmedita, nghix fil-gabra, nipprova nkun safi fi hsibijieti. X’ghandi naghmel aktar?” L-anzjan qam bil-wiefa, fetah dirghajh berah, hares lejn is-sema, subghajh bdew jixghelu qishom fjammi. “Jekk trid, qallu, sir kollok nar!” (8)

Il-Beatu Epifanju, Isqof ta’ Cipru kellu monastreu fil-Palestina. Is-superjur darba baghadt jghidlu “Bis-sahha tat-talb tieghek qatt ma’ nqasna mir-Regola, imma b’hegga qed niccelebraw l-Ewwel Siegha, it-Tielet, Is-Sitt u d-Disgha Siegha u l-Ufficju tal-Lucernarju wkoll.” Imma hu canfru u qallu, ” Hu ovvju mela, li qed titraskuraw is-Sighat l-ohra tal-gurnata u mhintomx qed titolbu l-hin kollu. Il-patri veru irid ikollu t-talb u s-salmi f’qalbu l-hin kollu.” (9)

Din hija wahda mill-intwizjonijiet profondi tal-patrijiet tad-dezert : titlob dejjem, bla waqfien. Anke Santu Wistin jikkumenta fuq din l-usanza fl-Ittra lil Proba, “Jinghad li l-eremiti tal-Egittu jitolbu sikwit, imma fil-qosor hafna u bil-heffa, bhalma jkunu l-vlegeg, u dan jghamluh biex mohhom u qalbhom, merfughin lejn Alla, kif inhu mehtieg hafna f’min jitlob, ma jibirdux u ma jitferxux minhabba nuqqas ta’ attenzjoni. B’dan lilna jghallmuna li l-mohh u qalb tal-bniedem ma’ ghandhomx jitferrxu malajr fuq affarijiet ohra …” (10)

Biex taghmel dan, biex tiftakar f’Alla l-hin kollu, trid titghallem haga wahda – toqghod ghassa. L-Abba Arsenju kien ihobb jghid, “Jekk infittxu lill-Alla, Huwa juri ruhu. Jekk inzommuh maghqud maghna, Huwa jibqa’ maghna!” (11) Il-Patri Alonju qal, “Jekk il-bniedem ma’ jasalx biex jghid f’qalbu, ‘Jiena u Alla ahna wahedna fid-dinja’ ma jsibx kwiet gewwieni!’ (12)

Meta kien qed imut, l-Abba Bessarjon tenna li l-patri irid ikun bhal kerubini u s-serafini, kollu ghajnejn. (13)Dejjem iffissat fuq Alla. U l-Abba Teona qal, “Meta mohhna ma jibqghax aktar jahseb f’Alla, naqghu lsiera tal-passjonijiet tal-gisem.” (14)

Qal l-Abba Serapjon, “Kif is-suldati tar-re ma’ jazzardawx iharsu lejn il-lemin u lejn ix-xellug meta jkunu quddiemu, hekk il-bniedem li qieghed quddiem Alla u mohhu fiH l-hin kollu, l-ghadu ma jista’ jbezzghu f’xejn.” (15)

Il-Qalb Kollox

L-Amma Sinkletika kienet tghid li nridu nkunu dejjem armati mhux biss kontra x-xjaten li jigu minn barra imma anke kontra dawk li jinbtu minn gewwa fina stess.

Il-qalb, jghidu l-irhieb, hija nixxiegha ta’ rivelazzjoni. Hi rifless tal-genna. Jekk thaffer fil-fond ssibha. Jekk issibha, ghozzha. Tordomhiex. Wiehed mill-ahwa staqsa lill-Abba Titu, ‘Kif nista’ nzomm safja lil-qalbi?’ U x-xih wiegeb xott xott, “Kif nistghu nzommu safja lill-qalbna jekk ghandna halqna u l-istonku dejjem miftuhin berah?!” (16) U bil-maqlub, “Zomm il-hsibijiet tieghek dejjem fis-Saltna tas-Smewwiet, u hekk tiret din is-Saltna tassew malajr” (17)

Wara dan il-hsieb centrali tal-irhieb tad-dezert, hemm diskusjoni teologika. Il-Messalini, moviment karismatiku eccessiv tal-IV seklu fis-Sirja kien isostni li fil-qalb tal-bniedem jghixu flimkien l-angli u x-xjaten – u li ghalhekk il-bniedem hu fih innifsu maqsum. Kontra din id-duttrina l-patrjiet kienu jsostnu li l-qalb tal-bniedem, mahluqa minn Alla ma tistax tkun haga ohra hlief ghajn ta’ ispirazzjonijiet ghat-tajjeb. Il-hazin dejjem jigi minn barra f’forma ta’ ‘logismos’, hsieb hazin.

Ghalhekk l-qofol tat-taqbida qieghed filli noqghodu ghassa halli l-hsieb hazin ma jidholx fina. U jekk jirnexxielu jidhol, neqirduh mill-ewwel qabel ma jrabbi l-gheruq. “Il-hsibijiet hziena jixbhu lill-griedem li jidhlu f’dar : jekk toqtolhom wiehed wiehed malli jidhlu, ma tbatiex hafna; imma jekk thallihom jimlewlek d-dar, trid tithabat hafna halli teqridhom u tkeccihom. Forsi jirnexxielek, imma tista taqta’ qalbek u thalli d-dar tieghek tigi meqruda.” (18) “Jekk ma’ taqlghax il-pjanta meta tkun zghira, issir foresta kbira.” (19)

“Jum wiehed – jirrakonta Apoftegma – wiehed patri mar izur wiehed anzjan u meta kien ghadu fuq barra, jisimghu jghajjat ‘Bizzejjed! Kemm se ddum hawnhekk? Itlaq!’ U ‘Habib, ejja hdejja!’ Meta dahal fil-kama sab li l-anzjan kien wahdu! “Abba, ma min kont qed titkellem?’ L-iehor wiegbu, ‘Kont qed inkecci l-hsibijiet hziena u kont qed insejjah hdejja l-hsibijiet tajba.” (20)

Kif qed naraw – nirrepeti – it-talb ghalihom mhuhiex sentimentalizmu vojt imma huwa taqbida!

Kif se nitqabdu, kif se niddefendu lill-qalbna? Il-patrijiet kienu nies prattici. Sabiex teqred hsieb hazin trid tpartu ma’ hsieb tajjeb! Fuq l-ezempju ta’ Gesu’ li meta gie ttentat mix-xitan, wiegeb b’silta mill-Iskrittura, il-patri ghandu jwiegeb bl-istess mod. Huma kienu jafu li l-Kelma ta’ Alla ghandha l-qawwa li tesorcizza.

Il-patri huwa ‘filologos’, habib ta’ Kelma. Tant li Antonju, l-ewwel patri tad-Dezert ‘kien hekk attent ghall-Kelma ta’ Alla, li ma kien ihalli xejn min dak li jinqara jibqa’ ghaddej minn mohhu. Kien jiftakar kollox – ghalih il-memorja kienet tiehu post il-kotba.” (21) Pakomju fir-regola tieghu jordna li n-novizzi qabel ma jidhlu fil-monasteru, jitghallmu bl-amment siltiet shah ta’ l-Iskrittura, “allinqas ghoxrin salm jew zewg Ittri ta’ l-Appostlu jew xi silta ohra ta’ l-Iskrittura.” (22)

Mhux titghallem bl-amment imma titghallem ‘tixtarr’ l-Iskrittura. Il-gemel ma ghandux bzonn ta’ hafna ikel. Izomm kollox go fih u meta jasal iz-zmien, jerga jtellghu f’halqu u joqghod jixtarru sakemm jsir parti minn gismu. Iz-ziemel bil-maqlub jiekol hafna u jarmi kollox mill-ewwel. Ma nkunux bhaz-ziemel imma bhal gemel! (23)

Dan hu l-metodu li gie elaborat b’mod sistematiku minn Evagrju. Fil-ktieb tieghu Antirrhetikos huwa jhejji silta shiha ta’ testi mill-Iskrittura sabiex wiehed ikun jista jwiegeb ghall kull attakk tax-xitan. Aktar tard huma bdew jillimitaw rwiehhom ghal certi siltiet mill-Iskrittura bhal ‘Kyrie Eleison’ jew ‘Mulej Fittex ghini’

Sakemm fl-ahhar issemplifikaw l-prattika billi ghazlu isem wiehed li jigbor fih kollox – l-isem ta’ Gesu’. Isem li ghandu qawwa enormi. San Pawl jghid li kull irkoppa titbaxxa quddiem dan l-isem. (24) Ghalhekk il-parir tal-patrijiet tad-dezert kien semplici. Malli jidhol hsieb f’ mohhok, qabel ma jifforma ruhu, keccieh u eqirdu billi issejjah l-isem ta’ Gesu’.

“Malli tqum, l-ewwel haga li trid taghmel hija li trodd glorja lill-Alla. Intona s-salmi u innijiet ghaliex l-ispirtu gewwieni taghna ikompli jdur l-jum kollu qisu magna tat-thin jithen l-ewwel hsieb li jigi f’mohhna malli nqumu – kemm jekk dan il-hsieb ikun qamha kemm jekk ikun sikrana. Kun ghaqli u qieghed f’mohhok qamha qabel ma l-ghadu jitfa’ s-sikrana.” (25) Ovvjament l-ahjar qamha huwa l-isem ta’ Gesu’. Dan jaghti kulur lill-hajja ta’ talb tieghek kollha.

Gwanni Klimaku kiteb, “Toqghodtx tghamilha tal-gharef bil paroli tat-talb tieghek ghaliex huwa t-tlaqliq tat-tfal, semplici u bla tizjin li jaghtu gieh lill Missier li qieghed fis-smewwiet. Toqghodtx tghid hafna kliem ghax tirriskja li tgerrex l-ispirtu… Kelma wahda ggustifikat lill-publikan quddiem Alla; kelma wahda ta’ fidi salvat il-halliel. … Kelma wahda, mtennija hafna drabi u b’mod l-aktar naturali tigbor l-ispirtu.” (26)

Hekk imponiet ruhha l-usanza li wiehed jirrepeti t-talba tal-qalb : “Gesu Bin Alla ikollok hniena minni midneb.” “Sew jekk tiekol sew jekk tixrob, sew jekk qieghed mal-ohrajn sew jekk qieghed wahdek, sew jekk qieghed fil-kamra sew jekk qieghed fi vjagg, tieqaf qatt milli titlob b’mohh kwiet u bla distrazzjoni din it-talba…” Din it-talba fiha kemm stqarrija tad-divinita u l-umanita’ ta’ Gesu, kif ukoll l-attegjament gust taghna quddiem Alla – attegjament umli ta’ wiehed li jaghraf li hu midneb imma fiducjuz ghax jaf li gie mahfur… (27)

Jirrakonta wiehed patri anzjan li baqa’ skantat kif waqt l-ikel ma’ hutu l-patrijiert, ra kif l-ikel lil xi uhud kien qed isirilhom ghasel, ohrajn hobz u ohrajn hmieg. Meta staqsa lill-Alla halli jirrevelalu dan il-misteru, l-anglu wiegbu u qallu li dawk li qed jieklu u kollox qed jigihom ghasel huma dawk li qed jieklu u jitolbu t-talba tal-qalb, dawk li qed jieklu u kollox jigihom hobz huma dawk li qed jilqu kollox b’radd il-hajr filwaqt li dawk li kollox qed jigihom hmieg huma dawk li qed igergru huma u jieklu! (28)

Ahjar immutu fid-desert milli mmuru lura fl-Egittu (29)

Erba’ affarijiet huma fondamentali halli l-hajja ta’ talb tikseb aktar sahha.

L-ewwelnett is-skiet. “Moghdija li fuqha jghaddu l-hin kollu n-nies, il-haxix anke jekk tizirghu, ma’ jikbirx! Il-haxix jikber fuq art li n-nies ma jghaddux fuqha.” (30) Kien ghalhekk li l-irhieb kienu jevitaw kull kuntatt mhux mehtieg man-nies. L-Abba Agatone zamm gebla f’halqu tlett snin halli jidra’ ma jitkellimx izzejjed. (31)

L-Abba Nau jirrakonta l-istorja tat-tlett ahwa li xtaqu jinghataw kollha kemm huma lil Alla. “Wiehed ghazel li jfittex is-sliem fost dawk li jitqabdu, skond il-Kelma ‘Henjin dawk li jgibu l-paci’. L-iehor ghazel li jghaddi hajtu jzur il-morda, filwaqt li t-tielet wiehed mar ifittex l-ghaqda ma’ Alla fis-solitudini. L-ewwel wiehed kien jithabat hafna halli jgib is-sliem fost dawk li jiggieldu izda mhux dejjem kien jirnexxielu. Beda’ jaqta’ qalbu u ghalhekk mar ghand dak li kien jservi lill-morda u sabu ukoll qalbu maqtugha. Ftehmu mela li jmorru ghand huhom l-iehor biex jitolbuh parir. Wara li qaghad jismaghhom, dan qam u mar igib fliskatur mimli ilma. ‘Harsu lejn l’ilma’. Kien imcaqlaq. Wara l-ilma ikkwieta, qalilhom mill-gdid biex iharsu fil-fliskatur. Harsu u raw wicchom qisu f’mera. Il-patri ikkonkluda. Min jghix qalb il-bnedmin hu dejjem agitat u ma jarax lilu nnifsu, meta wiehed ifittex l-ghaqda ma’ Alla, kollox jikkalma u jibda jara n-nuqqasijiet tieghu!” Is-skiet jwassalna ghall-verita!

Mhux biss skiet, imma anke perseveranza. Qies tat-talb hu li ma jkollokx qies. Ma tistghax tirriskja li tibda u tieqaf. Trid tkompli. Wiehed anzjan kien jirrakonta l-istorja ta’ dak il-bidwi li biex jevita lill-uliedu milli jkunu traskurati qalilhom is-‘sigriet’ tieghu. “Hemm jum – qalilhom – li meta tizra’ fih, issiru sinjuri! Imma minhabba x-xjuhija insejt liema hi dik il-gurnata. Ghalhekk ahdmu dejjem li ma jmurx li l-jum li tibqghu gewwa u ma tahdmux, ikun dak il-jum li fih ssiru sinjuri!” U kien itemm billi jghid “Hekk ukoll intom tridu tahdmu u titolbu bla mistrieh halli tidhlu fit-Triq tal-Hajja.” (32)

Imma l-qofol ta’ kollox hu l-attegjament umli. Ma nistghux nersqu lejn Alla bi pretensjoni. L-Abba Evarija kien jghid “Il-bidu tas-salvazzjoni hu tikkundanna lilek innifsek.” (33) U Gwanni n-Nanu kien dejjem isostni li “l-umilta’ hija l-bieb ta’ Alla, u misssirijietna dahlu ferhana fil-belt ta’ Alla wara li ghaddew minn hafna umiljazjonijiet.” (34) Kien jghid ukoll “l-umilta’ u l-biza’ ta’ Alla jghelbu kull virtu’.” (35)

“Ghaddejna hajjietna qalb il-patrijiet u ghadna ma sirniex patrijiet.” (36) Wiehed mill-ahwa irrimarka lill-Abba Sisoes, “Qed nara li t-tifkira ta’ Alla baqghet mieghi.” Imma dan wiegbu “Mhiex haga kbira li mohhok baqa’ bil-hsieb ta’ Alla; haga kbira li li tara lilek nnifsek taht kull hlejqa ohra…” (37)

Ghall-nisrani, dan il-kliem ta’ San Pawl ‘qis lill-ohrajn ahjar minnek’ (38) mhumiex paroli bla sugu. Din hija l-konvinzjoni profonda ta’ kull qaddis fl-istorja. San Frangisk kien jemmen li hu ‘l-akbar midneb ta-dinja’ u meta staqsewh kif seta’ jghid li t-tali kriminal kien ahjar minnu, huwa wiegeb li kieku dak il-kriminal ircieva l-grazzji li ircieva huwa, dan kien ikun hafna aktar grat minnu! (39)

L-istess Santa Terezina meta xahrejn wara li dahlet fil-Monasteru tal-Karmelitani Skalzi ta’ Lisieux, l-konfessur qallilha “Rodd hajr lil Alla ta’ dak kollu li jaghmel mieghek, ghaliex jekk ihallik, minflok ma’ tkun anglu zghir ssir demonju zghir!” U hija tikteb, “Ma batejtx hafna biex nemmnu dan, kont naf sa liema qies jiena dghajfa u imperfetta, imma r-radd il-hajr imlieli qalbi…” (40)

U malli tibda tikkundanna lilek innifsek, tieqaf tikkundanna lill-ohrajn. U tibda tahseb tajjeb fuq l-ohrajn. Tibda’ thobb!

Dan hu l-frott veru tat-talb awtentiku. Fil-gabra latina tal-apoftegmi, naqraw, “Wiehed mill-patrijiet qal, ‘Kull tahbit bla umilta’ hu kollu ghal xejn. L-umilta’ hija l-prekursur tal-karita’ bhalma Gwanni l-Battista kien l-prekursur ta’ Kristu u kien jigbed lil kulhadd lejH. Hekk l-umilta’ twassal ghall-karita’, jigifieri lejn Alla stess, ghaliex Alla hu Imhabba.” (41)

Dan kollu juri kemm it-talb hu marbut mal-hajja. “Jekk wiehed izomm mibgheda kontra huh, isir qisu mahkum minn velenu u jibqa’ dejjem marbut mad-dnub. It-talba tieghu ssir sahta u t-tahbit tieghu kollu ma jkunx accettat, ukoll jekk ixerred demmu ghal Kristu!” (42) “Ragel li jitghlalu malajr, ukoll jekk iqajjem il-mejtin, mhuhiex accettat min Alla”, kien ghid l-Abba Agatone. (43)

L-Abba Serapjon darba iltaqa’ ma’ wiehed fqir li kien qieghed iterter bil-bard. Qal bejnu u bejn ruhu, “kif jiena li jien patri u ghandi libsa fuqi filwaqt li hija li hu Kristu qed imut bil-kesha? Jiena cert li jekk inhallih imut, fl-ahhar jum nigi ggudikat bhala qattiel!” Ghalhekk neza’ t-tunika li kellu fuqu ‘bhal atleta qalbieni’ u ta l-libsa tieghu lill-fqir. Qaghad bilqeghda bil-Vangelu zghir li dejjem kien igorr mieghu f’idejh. Ghadda ghassies u meta rah gharwien staqsieh, “Abba Serapjon, min nezzghek?” Il-patri urieh il-Vangelu u qallu, “Dan nezzghani!”

Huwa u sejjer lura lejn il-desert, iltaqa’ ma’ wiehed li kien se jigi arrestat ghax ma kienx hallas xi dejn li kellu, ghax ma kellux flus. Serapjon biegh il-Vangelu u hallas d-dejn ta’ dak ir-ragel. Mar lura c-cella gharwien ghal kollox. Meta d-dixxiplu rah bla hwejjeg, kollu skantat, staqsieh, “Abba, fejn hi l-libsa tieghek?” L-anzjan qallu “Ibni, bghadtha hemm fejn kien hemm bzonnha!” Id-dixxiplu imbaghad staqsieh, “U l-Vangelu, fejn qieghed?” L-Abba wiegbu, “Tassew nghidlek, ibni, bghedt dak li kuljum kien jghidli, ‘Mur biegh dak li ghandek u aghtih lill-fqar’. (44) Tajt kollox halli jkolli aktar tama meta nidher quddiemU f’jum il-haqq!” (45)

Dan hu l-frott tat-talb – l-biza’ ta’ Alla u imhabba radikali lejn l-ohrajn.

________________________________________

1. Mortari, L., (ed) I Padri del Deserto – Detti, Citta Nuova Editrice, Roma 1980, pp. 384, n.32

2. Idem, pp. 237, n.2

3. Everghetinos, P., Raccolta di parole e insegnamenti dei santi padri, IV, 6, Atene 1966, p. 247.

4. Mortari, L, pp. 338, n.30.

5. Idem, pp.357, n.12

6. Anzi, huma jaraw il-mard bhala l-inzijattiva ta’ Alla halli jnezzghana mis-suppervja goffa taghna : din hija ‘l-axxezi l-kbira’. Il-mard huwa mezz effikaci sabiex izommilna l-brakes fuq l-gibdiet tad-dnub. Sinkletika, wahda mill-amma tad-dezert, tghid hekk : “Meta l-mard ifixkilna milli nghixu l-hajja normali taghna, ma ghandniex ghalfejn insewdu qalbna, ukoll jekk minhabba l-mard u t-telqa tal-gisem, ma ghandhiex s-sahha biex nghidu s-salmi b’fommna. Dan kollu jigrilna sabiex nissaffaw mill-passjonijiet. Ahna nsumu u norqdu fl-art halli nikumbattu ahjar l-passjonijiet taghna. Issa jekk il-mard ga iffjakka l-passjonijiet, mela ma hemmx ghalfejn insumu. Din hija l-axxesi l-kbira : nibqghu sodi fil-mard u nghollu lill Alla innijiet ta’ radd il-hajr.” Dan fehmuh tant tajjeb li nsibu rhieb jitolbu halli jimirdu ghaliex esperimentaw li meta kienu b’sahhithom kienu distratti u laxki wisq!

7. I Tess 5,17

8. Cremaschi, L., Detti Inediti dei Padri Del Deserto, Qiqajon Bose 1986, p. 76.

9. Mortari, L., pp.239, n.6

10. Augustinus Hippo, Epistula 130, 9, 18-10 : Corpus Scriptorum Ecclesiasticorum Latinorum 44, 60-63

11. Mortari, L., p 219, n. 1b

12.Idem, p. 221, n5.

13.Idem, p. 221, n.7

14.Idem, p. 222, n.12

15. Idem, p. 229, n. 31.

16. Idem, p. 228, n. 27.

17. Idem, p. 230, n.35. Abba Iperekju.

18. Cremaschi, L, p. 212. n.535.

19.Idem, p. 170, n.420.

20. Idem, p.137, n.56

21. Vita Antonii, 3,77 (PG 26,844).

22 Praecepta 139 (ed A. Boon, Pachomiana Latina, p.50)

23. Ara : Amelineau, E., Apophtegmes traduits du copte, Annales du Musee Guimet, Paris 1894, p. 39.

24. Filippini 2:10

25. Cremaschi, L., p.242,n.592/43.

26. Gwanni Klimaku, Scala Paradisi 82 (Patrologia Graecae 88, 1132 AB)

27. Ara Il-Mixja tal-Pellegrin, Dahla u Noti ta’ Patri Piju Sammut, Terezjan. KQN 1993. Dan hu ktieb klassiku ta’ l-Ispirtwalita tal-Knisja Ortodossa. Nirrikmandah.

28. Mortari, L, p. 349, n. 37. Ara wkoll p. 240, n.9/

29.Cremaschi, L., p.283 n. 617.

30. Idem p. 187, n. 462.

31. Mortari, L., p. 71 n. 7.

32. Idem, p.165 n. 407

33. Evagriju, Capita paraentica 1, Patrologiae Graecae 79, 1249c

34. Mortari, L., p. 272, n.22

35. L-istess

36. Cremaschi, L. p. 158, n, 373

37. Idem p 283, n.47

38. Filippini, 2,3

39. Bonaventura, Vita di San Francesco, VI, 3,6, pp. 79,83, Citta Nuova 1973.

40. Teresa ta’ Gesu Bambin, MA 196, Gli Scritti a cura della Post. Generale OCD Roma, 1970, p. 194.

41. Patrologia Latina 73, 1036 D

42. Cremaschi, L., p. 231 n. 590

43. Mortari, L., p.179, n.13.

44. Mt 19,21

45. Cremaschi, L., p 222, n.566

________________________________________

BIBLIOGRAFIJA

Mortari, L., (ed) I Padri del Deserto – Detti, Citta Nuova Editrice, Roma 1980

Cremaschi, L., (ed) Detti Inediti dei Padri Del Deserto, Qiqajon Bose 1986

Ward, B., (ed) The Sayings of the Desert Fathers, Michigan 1975

Ward, B., (ed) The Wisdom of the Desert Fathers, SLG Oxford 1986