Tereza ta’ Lisieux u Edith Stein

It-toroq li jaghtu ghal Alla huma kollha differenti. Alla hu tip originali hafna! Fl-istess hin però jixtiebhu ghax l-bnedmin huma mibnija fuq l-istess sura. Il-Hadd 11 ta’ Ottubru l-Papa se jaghraf bhala Qaddisa ghall-Knisja Universali, soru Terezjana – Swor Tereza Benedetta tas-Salib jew kif hi aktar maghrufa Edith Stein. Santa Tereza tal-Bambin Gesù wkoll kienet Soru Terezjana. Mietet meta Edith kellha sitt snin.

It-tnejn kibru f’familja mdaqqsa – Edith kienu hdax, imma sitta biss ghexu, Tereza kienu disgha imma hamsa biss ghexu. Edith mietilha missierha meta kellha sena u nofs. Tereza tmutilha ommha meta kellha erba’ snin u nofs. Edith kellha rabta kbira ma’ ommha, li baqghet ma’ tistax tifhem ghaliex Edith saret Kattolika; Tereza kienet marbuta ma’ missierha, li fl-ahhar snin ta’ hajtu kwazi tilef mohhu ghal kollox.

Filwaqt li Edith kienet thobb il-kotba u l-ghaxqa taghha kienet tmur l-iskola, Tereza qatt ma’ hamlet l-iskola. Edith qrat kollox, specjalment dak li ghandu x’jaqsam mal-filosofija u t-teologija mistika; kienet assitenta tal-professor famuz Husserl u qatghet snin shah l-Università. Tereza qrat ftit li xejn – lanqas Bibbja shiha ma’ kellhom il-Monasteru ta’ Lisieux!

L-ambjent tal-familja Martin kien ambjent religjuz u nisrani ghall-ahhar. L-ambjent tal-familja Stein kien ukoll religjuz imma Lhudi. Tereza dejjem sabet fil-familja min jifimha u jinkuraggieha. Edith sabet hafna ostakli u nuqqas ta’ ftehim fil-familja taghha fuq il-vokazzjoni taghha. L-ambjent familjari ta’ Tereza kien seren. Il-familja ta’ Edith kellhom jghixu dejjem fil-biza tal-persekuzjoni anti-Lhudija tan-Nazi.

Il-karattri kienu differenti hafna. Tereza kienet semplici u intwitiva. Edith kienet analitika u aktarx kumplessa. Wahda mitfugha b’ruhha u gisimha ghall-verità (“il-verità hi l-passjoni wahdanija tieghi”). L-ohra aktar mitfugha fuq il-ferh u s-semplicita. It-tnejn kienu jhobbu jiktbu poeziji.

Tereza dahlet soru Terezjana ta’ erbatax il-sena. Edith ta’ erbghin. Tereza mietet ta’ 24 sena u disa’ xhur wara marda li kabritha hafna. Kienet imdawwra bil-komunità taghha. Edith mietet ta’ hamsin sena ggasjata fil-kamp tal-koncentrament ta’ Auschwitz. Kienet imdawwra b’nisa u tfal jghajtu u jwerzqu.

L-Imhabba tista’ kollox

It-tnejn ghexu dak li kien qal Pascal : “Qis l-affarijiet kbar bhala zghar ghax Kristu hu s-Sultan; qis l-affarijiet zghar bhala kbar ghaliex Hu jista’ kollox.”

Fil-qalba ta’ kollox però insibu xi haga li tghaqqadhom : it-tnejn li huma kienu jemmnu fl-imhabba.

Hadd it-Trinità, Tereza offriet ruhha bhala vittma ta’ mhabba lill-Imhabba kollha Hniena ta’ Alla biex tkun tista’ tilqa’ fiha l-Imhabba hekk immaqdra u mhux milqugha mill-bnedmin. Hadd il-Passjoni, Edith offriet hajjitha ghall-gensha ghax gharfet li t-tbatija maghquda mas-Salib ta’ Kristu ssalva; bhar-Regina Ester hassitha maghzula halli tirriskja hajjitha ghall-gensha.

Meta habiba ta’ Edith kitbitilha u qaltilha li meta qrat L-Istorja tar-Ruh – l-kitba ta’ Santa Terezina – ma’ baqghet impressjonata xejn, Edith wegbitha hekk : “Skantajt meta qrajt bir-reazjoni tieghek meta qrajt il-kitba ta’ Tereza z-Zghira. Qatt ma’ ghaddieli minn mohhi li xi hadd jista’ jsibha bla benna. Lili laqtitni hafna. Sibt ruhi wicc-imb-wicc ma’ xi hadd li hi kollha kemm hi minfuda bl-imhabba ta’ Alla sal-qiegh nett ta’ hajjitha. Emminni, ma naf b’xejn akbar! Hu b’xi mod dak li nixtieq Jiena f’hajti u li jirnexxieli ndahhlu fil-hajja ta’ dawk li jghixu madwari…”

Dan hu s-sigriet! Tkun ippenetrat bl-Imhabba. Tkun minfud biH. Xi trid aktar?! Kemm hi sabiha l-vokazzjoni Terezjana!